Meet Kristy

Storja ta Kristy Lee Seychell

Niftakar li madwar 15-il sena ilu waqt li kont ghadni l-iskola u kellhi biss 13-il sena bdejt inhossni ghajjiena hafna. Aktar ma beda jghaddi hin, aktar bdejt inhossni ma niflahx. Infatti ghal xis-7.00pm, jien u nixxotta xi platti, hassejt ugigh kbir fi spallthi. Ftit qabel kienet ghadha kemm mietet tfajla minn Bormla bil-meningitis u ghalhekk il-hsieb t’ommi mill-ewwel mar hemm, donnha qalbha hebbritha. Gieghlitni mmiss geddumi ma’ sidri u irnexxieli, u ghalhekk donnha nehhiet kull suspett.

Sa filghaxija spiccajt noqmos bid-deni, tant li ma flahtx inqum mis-sodda. Il-mama ma bdietx tarani bhas-soltu. Bdiet tarani bla sahha, lanqas niflah nqum fuq saqajha, u kuluri xejn ma kien sabih. Ghalhekk dak il-hin regghet cemplet lit-tabib tal-familja biex jigi jarani. Hin minnhom ippruvajt inqum mis-sodda ghal gol-kamra tal-banju, izda sahhti ma tatnix, ghax tatni accessjoni u spiccajt instabatt fl-art. Garrewni ghal gol-kamra tal-banju hekk kif bdejt nirremetti. Minn dawn is-sintomi il-mama u hija ppanikkjaw ghax indunaw li kien hemm xi haga serja u mhux sempliciment virus ‘tas-soltu’. 

Minn dak il-hin, il-mama nnotat l-ewwel tebgha fuq fuq subghajha z-zghir ta’ saqajha. Kellha dubji kinetx qalghet xi daqqa meta waqghet izda kienet tidher differenti ghax ifformat mal-ewwel qisha tbengila. F’kemm ilni nghidlek beda hiereg ir-raxx fuq gismi kollu. Raxx li jinbidel fi tbajja’ vjola. Lahaq gie t-tabib tal-familja. Hekk kif ra t-tbajja’ mill-ewwel induna li kelli meningitis. Giet l-ambulanza ghalija u haduni lejn l-isptar.

Ghaddejt gimgha mitlufa minn sensiha fl-ITU nissielet ghal hajti. Barra minn hekk, gurnata minnhom rawni naqleb ghall-aghar u t-tobba qatghu qalb il-genituri tieghi li kont se nghix. Izda jien nemmen li b’miraklu kont qlibt ghall-ahjar. La jien u lanqas il-genituri tieghi ma konna nafu x’kien qed isehh ezattament u x’kien se jsehh. Wara dik il-gimgha haduni fil-ward DisneyLand fejn ghaddejt madwar gimghatejn. Niftakar kemm kienu jigu nies izuruni, fosthom ghalliema u tfal tal-klassi.

Effett tal-hsara li kienet ghamlet il-meningitis kellhom jaqtghuli s-swaba’ ta’ idejja u saqajja u partijiet mill-pali ta’ saqajja, filwaqt li ‘naddfu’ partijiet mill-gisem li kien mittiefes, sahansitra zewg partijiet kbar, fejn parti minnhom kellha ssirli skin graft.

Kont imdejqa hafna. Ta’ kull filghodu kont nghaddi minn mizerja hekk kif kienu jnehhuli l-faxex kollha biex inizzluni f’banju kbir tal-istainless steel mimli bl-ilma fietel u likwidu li jghin biex inixxef u fl-istess hin kont nutilizza dak il-hin ghat-terapija. Lejn l-ahhar ta’ Lulju imbaghad hirgt mill-isptar u kienu ppreparawli festin b’sorpriza. Matul is-sajf kien ikollha hafna zjarat minghand shabi li qatt ma telquni.

Hekk kif kienet riesqa l-iskola kont ghadni nuza l-wheelchair izda ridt naghmel l-almu tieghi biex sa ma tidhol l-iskola nerga’ nibda nimxi u nibda nikteb bhal qabel. Kont determinata u rnexxieli ngib il-kitba lura u nimxi wkoll. Komplejt ghaddejja bl-istudji tieghi u ghamilt 11-il O level u ghaddejt minnhom mal-ewwel. Wara dhalt is-Secreterial School u issa ili ghal dawn l-ahhar ghaxar snin nahdem skrivana fl-MCAST.

Ghalkemm irnexxieli naghmel hafna progress f’hafna affarijiet xorta wahda bqajt inzomm lili nnifisi lura, minhabba li kont nisthi hafna. Kif kien jigi jkellimni guvni waqt iz-zoghzija tieghi, kont insir hamra nar u nitfa’ jdejja fil-but. Ghax mhux l-ewwel darba li hekk kif guvni li kien jaghmel avvanz lejja kien jinduna bid-dizabilità tieghi, kien iwarrab. Anke fuq tal-linja kont nisthi nitla’ nhallas. Fazi kerha li batejt hafna matulha. Kont nibki hafna.

Il-punt krucjali fil-hajja tieghi kien meta waqt btala fl-Awstralja li mort mal-familja tieghi,  kantajt id-diska ‘Power of Love’ ta’ Celine Dion f’restorant quddiem udjenza, ghall-ewwel darba f’hajti. Restorant li ziti kienu jhobbu jmorru jieklu ghandu. Kien ikun hemm live band u z-ziju heggigni nitla’ nkanta. Ghogbitni l-idea u dahhalt f’mohhi li l-kant kien se jirnexxielu johrogni mill-problemi li ffacjajt f’hajti. Minn dak iz-zmien l’hawn dhalt f’hafna kuntesti tal-kant u hadt sehem f’hafna festivals, fosthom, il-Festival tal-Kanzunetta ‘L-Ghanja tal-Maltin’ fejn gejt l-ewwel post fil-finali tal-kategorija tieghi bid-diska Ghix Illum – kanzunetta dwar il-hajja tieghi stess; Gensna li ttella fl-2009; f’Voices 2012; u hafna ohrajn.

Illum problemi xorta jitfaccaw, imma inhossni li l-kant itini dik it-triq fejn nista nizvoga u fl-istess hin nerga nikseb il-kunfidenza biex inkun nista naffaccja dawk il-problemi. Illum inhares lejn il-futur flimkien mal-gharus tieghi.