Meet Noel

Storja ta' Noel Aquilina

Għandi ħamsa u tletin sena, u twelidt b`kundizzjoni li tissejjaħ “spina bifida” li ħalliet l-effetti tagħha fuqi, fosthom infezzjoni fl-għadma ta saqajja ix-xellugijja li wasslitni għal-amputazzjoni. Din il-ġrajja jew avventura, li forsi ħafna jarawha bħala dizgrazzja pero jien ħarist lejha bħala avventura bħal kull avveniment li seħħ f`ħajti, wasslitni niltaqgħa ma ħafna nies, u hu appropositu ta hekk li l-amputazzjoni li għaddejt minnha fid-19 t`Ottubru tas-sena 2011 inħob insejħilha bħala “avventura”. Grazzi għal ħafna nies fosthom l-għaqda A4A b’mod partikulari Amy Camilleri Zahra, li kienet tissupportjani ħafna kemm qabel kif ukoll wara l-operazzjoni rniexxieli nissupera dan il-mument partikolari f`ħajtni, b`serenita u anki tbissima. It-terapisti tat-taqsima ta riabilitazzjoni tal-amputees ġewwa St Lukes ukoll kienu ta’ support u għajnuna kbira. Minn din l-avventura tgħallimt li dak li jiġi nistgħu nużawh bħala għodda ta’ motivazzjoni w ispirazzjoni, kemm għalina w kemm għal ħaddieħor.