Meet Pauline

Jiena Pauline Cassar, għandi 52 sena, mara miżewwġa b’żewġt itfal. Wieħed mit-tfal miżewweġ u l-ieħor ġuvni, u nanna ta’ wieħed. Mela 10 snien ilu qomt filgħodu bħas-soltu u kien kollox normali, iżda xi nofs in-nhar bdejt inħoss bard kbir, u dħalt fis-sodda u irqad sew, tant li ġie ir-raġel mix-xogħol u lanqas biss indunajt. Meta qomt bdejt inħoss uġiegħ kbir f’ġismi. Ir-raġel cempel lit-tabib u meta ġie qalli li għandi gastric flu. Mal-lejl qomt kemm il’ darba fit-toilet imma l-aħħar darba li mort kellu jwwasalni ir-raġel għax forza ma kelliex. X’ħin kont fuq it toilet intlift minn sensija u ir-raġel beda jgħajjatli u bdejt nibqa ċassa. Refani biex joħodni fuq is-sodda u induna li kelli xi marki, bħal tbenġil zgħir ma ġismi kollu. Ir-raġel reġa ċempel lit-tabib u reġa ġie. Kif rani t-tabib ċempel l-ambulanza u lir-raġel qallu li kelli menenġite. Idaħħalt l-itu f’ qagħda kritika ħafna. Għamilt xahar sħieħ niġġieled mal-mewt fejn anke l-organi bdew jieqfu jiffunzjonaw. Imma irnexxieli nirbaħ il-battalja. Pero il-menenġite ħallietli il-marka tagħha għax tlift saqajja it-tnejn u partijiet mis-swaba t’ idejja. Imma dik illum il-ġurnata irbaħta wkoll għax illum il-ġurnata ngħix ħajja normali bħal kull mara tad-dar.